Notifiki

Żieda fl-ispezzjonijiet tat-trakkijiet tal-iskart

Wara l-introduzzjoni ta’ regoli ġodda fi Frar li għadda, il-Wasteserv żiedet l-ingaġġ ta’ iktar spetturi sabiex ikun jista’ jiġi rdoppjat n-numru ta’ spezzjonijiet li jsiru fuq it-trakkijiet tal-iskart li jidħlu sabiex jarmu l-materjal fis-sit.

B’kollox din is-sena saru iktar minn 25,000 spezzjoni individwali fuq it-trakkijiet tal-iskart.

Il-manager tat-taqsima tal-ispezzjonijiet tal-Wasteserv, Jeremy Camilleri spjega kif dawn l-ispezzjonijiet individwali qed iservu tajjeb anke sabiex tinġabar data dettaljata dwar it-tipi ta’ ksur ta’ regoli li jinstabu.

Qal kif, “Jekk aħna għandna n-nies qed jagħmlu xogħlhom fid-djar jifirdu l-iskart u imbgħad hawnhekk jiġi u jħalltuhulna l-‘collectors’.  Mela qed nitilfu x-xogħol kollu li qed tagħmlu intom li qiegħdin fid-djar. Aħna hawnhekk qiegħdin naraw li kull min iġib ix-xogħol, kull min hu inkarigat jiġbor iż-żibel minn barra, jidħol hawnhekk, b’mod diċenti kif suppost ikun maqsum iż-żibel.”

Huwa spjega wkoll kif qed isiru numru ta’ laqgħat individwali sabiex kulħadd ikun konxju mir-regoli u l-obbligi tiegħu b’rabta mal-immaniġjar tal-iskart.

Huwa spjega kif dan kollu qed iwassal sabiex ikomplu jinqabdu iżjed irregolaritajiet li fl-aħħar mill-aħħar ser iwasslu għal ambjent aħjar.

L-uffiċjal fit-taqsima tal-operat tal-Wasteserv, Daniel Tabone spjega kif huwa biss skart li ma jistax jerġa’ jintuża li jiġi aċċettat biex jintrema’ fil-miżbla.

Spjega,  “Għandek ukoll skart li jiġi aċċettat ġo ‘civic amenity sites’ bħal ‘bulky waste’, skart elettroniku u ‘batteries’, biex aħna ovjament kemm jista’ jkun ma nitilfux ir-riżorsa tal-iskart li minflok imur ġewwa l-miżbla, aħna jmur ġo faċilitajiet apposta biex aħna nagħmlu xi ħaġa minnu u nersqu dejjem iktar lejn ekonomija ċirkolari.

Fost l-iktar irregolaritajiet komuni kienet dik minn kuntratturi ta’ ġbir ta’ skart goff tal-Kunsilli Lokali li biċċiet minnhom ippersistew f’tentattivi sabiex jarmu dan l-iskart goff fil-miżbla minflok f’ċentri apposta ta’ skart goff.  Abbuż bħal dan mhux ikun ittollerat u b’hekk il-Wasteserv qed tara titjib ta’ kuljum fil-konformità mar-regoli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend