Notifiki

Putin jiffirma liġi li tippermettilu żewġ termini oħra bħala President tar-Russja

Il-President Russu Vladimir Putin iffirma liġi li permezz tagħha huwa jkun jista’ jerġa’ jikkontesta għal żewġ mandati presidenzjali oħra u għalhekk għandu l-possibilità li jibqa’ fit-tmun tar-Russja sas-sena 2036.

Il-liġi l-ġdida daħlet fis-seħħ wara li s-sena l-oħra sar ir-referendum dwar emendi fil-kostituzzjoni tar-Russja.
Għalhekk Putin, li din is-sena se jagħlaq 69 sena u li bħalissa jinsab fir-raba’ mandat Presidenzjali tiegħu, jista’ jerġa’ jagħmel żewġ mandati oħra ta’ sitt snin il-wieħed.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend