Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter min Nexia BT ingħataw il-ħelsien mill-arrest fi tmiem is-smigħ tal-lum tal-kumpilazzjoni fil-konfront tagħhom.
L-erba’ akkużati kienu tressqu l-Qorti fl-20 ta’ Marzu li għadda, akkużati f’ħasil ta’ flus.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq diversi kundizzjonijiet, fejn Brian Tonna u Karl Cini jridu iħallsu €60,000 f’depożitu u jagħmlu garanzija personali ta’ €90,000.
Katrin Bondin Carter trid tħallas €15,000 f’depożitu u tagħmel garanzija personali ta’ €15,000 filwaqt li Manuel Castagna irid iħallas €30,000 f’depożitu u jagħmel garanzija personali ta’ €45,000.
Barra dan il-ħlas, l-erba’ akkużati jridu jiffirmaw fl-għassa, filwaqt li jridu jkunu d-dar matul il-lejl.
Intant waqt is-smigħ tat-Tlieta, xehdu diversi persuni li kienu involuti fl-investigazzjoni sabiex waslu għall-arrest tal-akkużati.