Il-fotografu Għawdxi, Benjamin Grech, ra xena mhux tas-soltu u waħda li żgur se jibqa’ jiftakar għal għomru kollu.
Dan hekk kif lemaħ balena fl-inħawi ta’ Ta’ Ċenċ f’Għawdex.
Il-balena magħrufa bħala Fin Whale, intlemħet fl-ibħra Maltin.
Grech spjega kif l-esperjenza hi waħda li lanqas biss għandu kliem biex jiddeskriviha, hekk kif malli telgħet fil-wiċċ tal-ilma setgħet tinstema’ qisha ragħad.
Liema ħoss hu spjega li seta’ jinħass fiż-żona.
Ritratt: Benjamin Grech