Notifiki

Il-Kunsill tal-Ewropa jgħid li l-Ungerija qed timmina l-ġurnalisti u toħnoq l-libertà tal-espressjoni 

Il-Kunsill tal-Ewropa ta ċamata lill-Ungerija, hekk kif l-indħil fil-midja mill-awtoritajiet Ungeriżi qed inaqqas il-pluralizmu u l-libertà tal-espressjoni.

F’rapport li ħareġ mill-Kunsill tal-Ewropa, ħareġ kif mill-elfejn u għaxra, minn meta Viktor Orbàn sar Prim Ministru f’dan il-pajjiż, il-Gvern Ungeriż immina lill-ġurnalisti.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mijatović tinsab imħassba bil-kampanji li għaddejjin f’dan il-pajjiż kontra l-ġurnalisti u anke dawk li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-bniedem.

Dan il-pajjiż taħt it-tmexxija ta’ Viktor Orbàn huwa magħruf għan-nuqqasijiet serji fiż-żamma tas-saltna tad-dritt u t-tħaddin tad-demokrazija.

Fil-ġimgħat li għaddew sar magħruf kif il-Partit Nazzjonalista, li jagħmel parti mill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew ma kienx ffirmaw ittra formali biex il-partit ta’ Orbàn jitkeċċa mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ma min rajtek xebbahtek.Listess kien is ir Malta taht gvern nazzjonalista.Il gazetti laburisti makienux jistaw jidhlu lisptar.Biex ixandar hsiebitu l partit kellu jmur lEgittu.

Leave a Reply to Ganon Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend