Il-Kunsill tal-Ewropa ta ċamata lill-Ungerija, hekk kif l-indħil fil-midja mill-awtoritajiet Ungeriżi qed inaqqas il-pluralizmu u l-libertà tal-espressjoni.
F’rapport li ħareġ mill-Kunsill tal-Ewropa, ħareġ kif mill-elfejn u għaxra, minn meta Viktor Orbàn sar Prim Ministru f’dan il-pajjiż, il-Gvern Ungeriż immina lill-ġurnalisti.
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mijatović tinsab imħassba bil-kampanji li għaddejjin f’dan il-pajjiż kontra l-ġurnalisti u anke dawk li jiġġieldu favur id-drittijiet tal-bniedem.
Dan il-pajjiż taħt it-tmexxija ta’ Viktor Orbàn huwa magħruf għan-nuqqasijiet serji fiż-żamma tas-saltna tad-dritt u t-tħaddin tad-demokrazija.
Fil-ġimgħat li għaddew sar magħruf kif il-Partit Nazzjonalista, li jagħmel parti mill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew ma kienx ffirmaw ittra formali biex il-partit ta’ Orbàn jitkeċċa mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew.