Notifiki

Il-Kunsill Malti għall-Volontarjat ikkonsulta ma’ mijiet t’għaqdiet dwar liġi li tirregola l-qasam

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikkreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji fi stqarrija qal kif huwa infurmat li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat diġà kkonsulta ma’ mijiet ta’ għaqdiet volontarji reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Settur tal-Volontarjat dwar il-liġi li tirregola lil dan il-qasam.

Dan b’referenza għal numru ta’ stejjer ippubblikati fl-aħħar sigħat fejn fi stqarrija  kkjarifika li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat huwa rikonoxxut bħala l-uniku organu li b’mod leġittimu jirrappreżenta s-settur tal-volontarjat.

Spjega kif il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se jkompli jilqa’ s-suġġerimenti u proposti mis-settur sad-9 ta’ April fejn ħeġġeġ lis-settur sabiex jagħti l-kontribut tiegħu.

Kif jagħlaq dan il-proċess, il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jippreżenta l-proposti tiegħu lis-Segretarju Parlamentari u minn hemm jippjana t-triq ’il quddiem għal dan is-settur sabiex ikompli jikber l-operat u l-ġid li qed jitwettaq f’ambjent ta’ kontabbiltà u trasparenza.

Is-Segretarjat Parlamentari tenna li huwa kommess li, kif għamel fl-aħħar snin, jibqa’ jkun ta’ spalla għas-settur permezz ta’ għajnuna bla preċedent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend