Notifiki

F’Għawdex jingħataw 12,000 doża tal-vaċċin 

Sal-lum, f’Għawdex ingħataw 12,000 doża tal-vaċċin għall-Covid-19.

Il-Ministru għal-Għawdex Clint Camilleri qal li fiċ-ċentru ewlieni għat-tilqim f’Għawdex biss kienu ngħataw 4,000 tilqima, bl-għan huwa li f’dan iċ-ċentru jibdew jingħataw madwar ħames mitt tilqima kuljum.

Waqt żjara li għamel f’dan iċ-ċentru, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal kif dan iċ-ċentru għandu kapaċità fejn jistgħu jpoġġu erbgħin ruħ f’daqqa biex jitlaqqmu.

Il-Ministru Camilleri saħaq li l-vaċċin ingħata wkoll fost oħrajn fiċ-ċentri tas-saħħa madwar il-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-Ministru Camilleri lill-infermiera kollha u lill-istudenti universitarji u mill-Iskola Medika ta’ Barts li qegħdin jgħinu b’mod volontarju sabiex aktar nies jitlaqqmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend