Għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu, l-allegat ħalliel li seraq minn ħanut fi Triq San Luqa f’Wied il-Għajn, ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
Dan wara li lbieraħ ġie arrestat mill-pulizija f’daru f’Wied il-Għajn.
Quddiem il-Maġistrat Stafrace Zammit ser jitressqu tmien persuni oħra. Dawn ser jitressqu b’akkużi relatati ma’ pussess tad-droga u użu ta’ dokumenti ta’ ħaddieħor, fost oħrajn.