Notifiki

Investigazzjoni dwar allegat festini lussużi f’Pariġi waqt it-tielet lockdown

Il-Pulizija fi Franza għaddejja b’investigazzjoni dwar allegat festini lussużi f’Pariġi, li lkoll jiksru l-liġijiet dwar il-COVID-19 li bħalissa hemm fis-seħħ.

Jidher li l-festini ġew esposti f’rappurtaġġ fuq it-televiżjoni, u jidher li ma kinux qed jintużaw il-maskri.

Kien il-Ministru għall-Intern Franċiż li ordna l-investigazzjoni hekk kif il-pajjiż jinsab fit-tielet lockdown tiegħu, li mistenni jibqa’ fis-seħħ għall-erba’ ġimgħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend