Notifiki

Bħalissa għaddej xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-iskejjel

Filwaqt li l-iskejjel huma magħluqin kemm minħabba r-restrizzjonijiet bħala prevenzjoni ta’ tixrid tal-COVID-19 kif ukoll minħabba l-vaganzi tal-Għid, bħalissa għaddej xogħol kbir ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-iskejjel kollha.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li matul is-sena kollha hemm grupp dedikat ta’ ħaddiema li jieħdu ħsieb dan ix-xogħol biex l-ambjent edukattiv dejjem ikompli jitjieb. F’dawn il-ġranet ittieħdet l-okkażjoni biex ix-xogħol jibqa’ għaddej matul il-ġurnata kollha.

Il-Ministru Caruana saħqet li għaddej ukoll xogħol kbir ta’ infrastruttura, fosthom il-bini ta’ skejjel ġodda, estenzjonijiet u tisbiħ ieħor.

F’dawn ix-xogħlijiet sar xogħol fl-iskejjel Ta’ Sannat, San Lawrenz, Nadur, Għarb, Rabat, u x-Xewkija, f’Għawdex, fost oħrajn.

Dawn huma wħud mix-xogħlijiet li saru s’issa fl-iskejjel.

  • Fl-iskola tas-Sannat sar xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ u tbajdu l-klassijiet kollha tal-kindergarten
  • Fl-iskola ta’ San Lawrenz tbajdu l-klassijiet kollha, u fir-Rabat sar xogħol ta’ tisbiħ fil-klassijiet tal-ewwel sena
  • Fl-iskola tal-Għarb tneħħa madum tal-lastiku biex issa l-art għandha ssir kollha b’turf sintetiku
  • Fl-iskola t’Għajnsielem ġew installati fannijiet ġodda mas-soqfa fil-klassijiet kollha
  • Fl-iskola tan-Nadur sar xogħol ta’ gypsum.
  • Fl-iskola tax-Xewkija ġew installati sinkijiet ġodda fil-klassijiet kollha fl-ewwel sular u qed isir proġett li permezz tiegħu l-faċċata tal-palk fis-sala prinċipali se jingħata dehra ġdida. Twaħħlu bibien ġodda;
  • Filwaqt li f’San Lawrenz u Għajnsielem u tbajdu wkoll il-kuriduri ta’ wħud mil-iskejjel.

Il-Ministru Caruana rringrazzjat lill-ħaddiema kollha li għaddejjin b’dan ix-xogħol li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdu minnu l-edukaturi u l-istudenti kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend