Notifiki

Malta fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li l-Ingliżi se jitħallew isiefru lejha

Mis-sajf li ġej, Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi minn madwar id-dinja li se tilqa’ turisti Ingliżi lejha.

Dan irrappurtah il-ġurnal Ingliż ‘The Times’, fejn fl-ewwel paġna ta’ dan il-ġurnal, semmiet lil Malta flimkien mal-Istati Uniti, il-Maldives u l-Iżrael.

Intqal kif dawn il-pajjiżi, fosthom Malta għandhom rata għolja ta’ vaċċinazzjoni.

Sal-ilbieraħ, f’pajjiżna ngħataw aktar minn 200,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

F’dan il-ġurnal intqal kif nhar it-Tnejn li ġej, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar il-pjan għall-ivjaġġar sigur.

Is-sorsi li tkellmu ma’ dan il-ġurnal qalu kif il-lista ta’ pajjiżi li se jitħallew isiefru fihom l-Ingliżi se jkun skont ir-rata tat-tilqim.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend