Notifiki

“Aħna Konna Hemm” – Dramm virtwali tal-Passjoni ta’ Ġesu miż-żgħażagħ tax-Xagħra Għawdex

“Aħna Konna Hemm”

Dramm tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu mtella’ miż-żgħażagħ ta’ bejn it-12 u 18-il sena tax-Xagħra Għawdex.

Fi sfond ta’ restrizzjonijiet b’rabta mal-pandemija, dawn iż-żgħażagħ ħadu l-inizjattiva sabiex b’mod virtwali jdaħħlu lill-pubbliku fl-atmosfera taż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Ta’ min jinnota li x-xeni f’dan id-dramm virtwali, miktub mill-Kanoniku Dun Anton Refalo, huma wkoll meħudin fix-Xagħra stess, fosthom fil-postijiet pittoreski u kulturali ta’ Santa Verna, ir-Ramla l-Ħamra u anke fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tal-istess raħal.

Iżda b’rabta ma’ dan iż-żgħażagħ ħarġu wkoll bl-idea sabiex fl-istess ħin jagħmlu att ġeneruż għall-missjoni tal-Guatemala.

Sewgi l-ewwel parti tad-dramm hawnhekk:

It-tieni parti ser tintwera llejla fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Żgħażagħ Ġesu Nazzarenu jew fuq Youtube Kummissjoni Armar Ġesu Nazzarenu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend