F’jum Ħamis ix-Xirka, grupp ta’ uffiċjali mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin taw numru ta’ qagħaq tal-appostli lit-tfal u ħaddiema ġewwa Rainbow Ward fl-Isptar Mater Dei.
Dawn il-qagħaq tal-appostli saru ġewwa l-forn tal-ħabs, waqt li l-basktijiet li fihom tpoġġa dan il-ħobż saru mill-priġunieri.
Fuq il-midja soċjali l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qalet li waqt il-Ġimgħa Mqaddsa xtaqet turi l-apprezzament tagħha lil dawn l-għaqdiet li jgħinu numru kbir ta’ nies matul is-sena.