Notifiki

Jinżamm arrestat wara li allegatament seraq minn pastizzerija armat b’turnavit

Jeremy Borg ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li ċaħad li seraq mill-pastizzerija li fiha kien jaħdem hu. L-allegat kaz seħħ fit-30 ta’ Marzu li għadda.

Jidher li dakinhar tar-reat, kif waslet il-Pulizija fuq il-post, impjegat li dak il-ħin kien fil-ħanut spjega li l-allegat ħalliel daħal b’turnavit f’idu, u qallu biex jagħtih il-flus kollha. Intqal ukoll kif waqt dan kollu, Borg m’ kellux wiċċu mgħotti, u b’hekk intgħaraf mal-ewwel.

Borg ġie arrestat f’appartament f’Tas-Sliema b’rabta ma’ investigazzjonijiet oħra wkoll.

Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend