Notifiki

Il-proċess fit-tilqim fl-Ewropa kkritikat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, ikkritikat u qalet li huwa inaċettabbli l-fatt li l-vaċċin f’uħud mill-pajjiżi Ewropej qed jingħata bil-mod.

Il-WHO qalet li din is-sitwazzjoni hija kaġun ta’ dewmien fil-produzzjoni tal-vaċċin, u ma jgħinx fid-dawl li n-numri ta’ infezzjonijiet jiżdiedu.

B’rabta maż-żieda fil-każijiet, il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar restrizzjonijiet nazzjonali ġodda bit-tama li tiġi mrażżna l-imxija tal-COVID-19.

Il-miżuri ta’ lockdown li ġew fis-seħħ f’xi żoni aktar kmieni x-xahar li għadda, ġew estiżi għal distretti oħra. Fost il-miżuri hemm li persuni se jkunu projbiti milli jivvjaġġaw aktar minn 10KM mid-dar tagħhom mingħajr raġuni valida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend