Notifiki

Ta’ Bernard Grech jgħid li l-kisba storika tal-Ħelsien hija fake news manja

Wieħed mill-esponenti u li fil-kampanja qalila fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista li għaddiet ħadem b’ruħu u b’ġismu favur Bernard Grech qal li l-kisba storika tal-Ħelsien hija fake news manja.

Wayne Hewitt kiteb hekk fuq il-profil tiegħu fuq Facebook.

Hewitt huwa wieħed mill-esponenti tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li mhux darba jew tnejn attakka lil Kap ta’ qabel Bernard Grech, Adrian Delia, u meta Grech ħareġ kontra Delia, minkejja l-istejjer ikkonfermati li Grech ma kienx iħallas it-taxxa u l-VAT, baqa’ wara l-kandidat tal-fazzjoni Busuttil.

Hewitt kiteb ukoll li jum il-Ħelsien huwa jum li fih Mintoff falla milli jżomm l-Ingliżi f’Malta.

Saħaq li l-Perit Mintoff kien dawwarha li taparsi keċċa lill-Ingliżi wara li kien għamel minn kollox biex żammhom hawn.

Hewitt, illum ta’ Bernard Grech, saħansitra qal li sal-lum għad hemm min għadu jiblagħha.

Għal din il-kitba ta’ Hewitt ikkummenta Peppi Azzopardi li saħaq li hu qatt ma ċċelebra jum il-Ħelsien u dejjem għamel ħiltu li jkun xogħol.

Intant Wayne Hewitt mhux l-ewwel darba li spiċċa fl-aħbarijiet juża diskors deskritt bħala wieħed mimli firda.

Propju ftit jiem qabel il-Milied, żmien ta’ paċi u hena, Hewitt għajjar lin-nies ta’ Delia bħala erbat iqtates iżda għal dan id-diskors jista’ jkun sab il-barka tat-tmexxija Nazzjonalista hekk kif Bernard Grech għadu qatt ma ħareġ jikkundanna lil Hewitt.

Anki jekk kien hemm kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista li talbu lil Kap biex tal-inqas jiddistakka ruħu minn dak li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, f’isem il-Partit Nazzjonalista, ma nġabarx u kiseb biss mal-mitejn vot fuq żewġ distretti.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Peppi ftakar li kien il partit laburista li tak permess taghmel xarabank. Il lum ma ghadex tajjat li bicca karozza ghandek.Hallina nghixu pep mhux dejjem kullhadd jaf xint.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend