Notifiki

Jibdew ix-xogħlijiet fis-Sally Port tal-Birgu b’investiment ta’ €9M

Infrastruttura Malta bdiet ix-xogħlijiet fis-Sally Port tal-Birgu biex b’investiment ta’ disa’ miljun ewro, din iż-żona tinbidel fi promenade.

Ix-xogħol se jinkludi r-rikostruzzjoni ta’ madwar sitt mitt metru ta’ mollijiet fiż-żona magħrufa wkoll bħala t-Toqba.  B’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, dan l-investiment se jinkludi wkoll it-titjib tal-waterfront tal-Kalkara u l-pjazza tal-lokalità, fl-istess żona.

Is-Sindku tal-Birgu qal kif dan il-proġett ilu ferm mistenni mir-residenti.

Qal, “Proġett li ilna nistennew snin twal u sa fl-aħħar dan il-proġett se jgħaqqad il-kumplament tal-kottonera se jkun iċ-ċirasa fuq il-kejk tar-riġenerazzjoni tal-kottonera u tlett ibliet.”

Ix-xogħol se jara wkoll żoni għall-mixi, bankini, dawl dekorattiv, ġnien pubbliku u  żoni tal-pajsaġġ bi fjuri u arbuxxelli.

Il-Ministru għall-Infrastuttura Ian Borg qal kif b’dan il-proġett se jingħataw aktar spazji miftuħa lill-familji.

Spjega, “Meta nitkellmu fuq infrastruttura m’aħnix nitkellmu biss fuq toroq imma hemm ukoll infrastruttura marittima illi ma traskurajniex anzi qed naraw kif l-infrasturttura marittima tkun mhux aktar digura imma minnha jinħolqu aktar spazji ġodda.”

Dan l-ispazju ġdid se joħloq rotta pedonali għaż-żona ta’ Villa Bighi fil-Kalkara sal-marina tal-Birgu, iż-żona tal-Baċir Numru Wieħed ta’ Bormla, ix-xatt tal-Isla u t-triq kollha lejn Boiler Wharf, taħt il-ġonna tal-Gardjola.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Progett daqs tant importanti, mela allura ahsbu sewwa qabel jibda. Jien qed nghid dan biex ma jigriex bhal madwar il-funtana tal-belt. Nahseb li kieku isiru bhal pjatta forma, kull certu distanzi gol-bahar. biex jintuzaw ghal gabbani puliti ta’ take-aways jew bars, ma tkunx idea hazina. Fl-istess hin il prominade fejn jimxu in-nies ma jkolliex ostakoli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *