Notifiki

Malta megħluba mill-Kroazja wara żewġ deċiżjonijiet dubjużi tar-referee

Malta ġiet megħluba mill-Kroazja 3-0 f’logħba minn Grupp H fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.

Żewġ deċiżjonijiet dubjużi tar-referee Żvizzeru swew qares għat-tim nazzjonali Malti kontra l-qawwa Kroata.

It-tim ta’ Devis Mangia kompla juri logħob inkoraġġanti minkejja li affaċċja lill-finalisti telliefa tal-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Il-Kroazja fetħu l-iskor fit-62 minuta permezz ta’ Ivan Perisic li żmarkat kemm tefa’ fix-xibka wara kross minn Borna Barisic.

Kważi kwarta wara r-referee ta penalty dubjuż li lanqas il-Kroati ma pprotestaw għalih.

Kien Luka Modric li inkarigat ruħu mill-penalty u tefa’ ġewwa u serraħ ras il-Kroati mit-tliet punti.

Fl-aħħar minuti tal-partita Josip Brekalo skorja t-tielet gowl wara li d-difiża Maltija nqabdet fuq sieq waħda.

Malta ma ngħatatx penalty fl-ewwel taqsima wara li difensur Kroat mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Ir-referee jidher li ma rax sew din l-azzjoni u sfortunatament is-sistema tal-VAR mhiex imħaddma fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni.

L-impenn li jmiss għal Malta fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja hu f’Settembru kontra Ċipru.

Logħba li se tintlagħab f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ir-referees qegħdin jeqirdu l-football bl-arroganza u l-iżbalji banali tagħhom. U kif ma tarax referee Malti? Ċert li tagħna m’humiex għar mill-imbarazz ta referees li qegħdin naraw!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend