Notifiki

L-MHRA hija sodisfatta bil-pjan ta’ rkupru għas-settur turistiku f’pajjiżna

L-Assoċjazzjoni Matlija tar-ristoranti u l-Lukandiera, l-MHRA esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-pjan ta’ rkupru li ħabbar il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo aktar kmieni waranofsinhar.

Fi stqarrija l-MHRA qalet illi huwa importanti li pajjiżna jibqa’ ffukat u jkun minn fuq ta’ quddiem, sabiex hekk kif jerġa’ jibda l-ivvjaġġar madwar id-dinja, it-turisti jaraw lill-pajjiżna bħala d-destinazzjoni għalihom.

Il-President tal-Assoċjazzjoni, Tony Zahra sostna illi din is-sena kienet katastrofika għal kulħadd li jopera fis-settur turistiku, madanakollu huwa jemmen illi t-turiżmu se jirkupra minn din il-pandemija. Is-Sur Zahra aċċenna wkoll dwar il-fatt li qed jonqsu l-każijiet ġodda tal-Coronavirus sforz il-miżuri mħabbra riċentament flimkien mal-programm tat-tilqim.

L-MHRA appellat biex kulħadd ikun responsabbli sabiex in-numri jibgħqu baxxi, filwaqt li anke s-settur turistku qed jiddependi fuq it-trażżin tal-imxija biex jirkupra dak li intilef fix-xhur li għaddew.

Ara wkoll:

€20 miljun f’għajnuna għas-settur turistiku f’pajjiżna

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *