Notifiki

Jindarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ tliet metri waqt li kien qed iħott xi xogħol f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 50 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet metri, waqt li kien qed iħott xi xogħol, f’maħżen li jinsab fi Triq John Michael Testa, f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater għal aktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend