Notifiki

Il-Qorti tordna investigazzjoni dwar leaks ta’ messaġġi mill-mobile ta’ Fenech

Il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat lill-pulizija biex tinvestiga d-diversi leaks ta’ messaġġi li oriġinaw mill-mobile ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’digriet, il-Maġistrat qalet li l-konversazzjonijiet li ppubblikat it-Times of Malta kienu jirriflettu informazzjoni li kienet biss aċċessibbli għall-partijiet fil-Qorti.

Informazzjoni mill-mobile ta’ Fenech kienet ġiet elevati mill-esperti tal-Europol u sottomessa fil-Qorti f’Novembru li għadda.

Il-Maġistrat sabet li dawn l-artikli li ġew ippubblikati huma disprezz lejn il-Qorti u għaldaqstant ordnat lill-Kummissarju jinvestiga l-partijiet kollha li kellhom aċċess għal din l-informazzjoni ristretta.

Ordnat ukoll lir-reġistratur tal-Qorti biex jibda proċeduri kontra l-awturi ta’ dawn l-istejjer ippubblikati fuq it-Times.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il brimba fil qrati qeda. Sa hansitra kienu jonqsu deċiżjonijiet tal-qorti u deliberazzjonijiet mil arkivji jew mill strong room.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend