Notifiki

1,273 multa f’ġimgħa oħra ta’ infurzar għar-regoli tal-Covid-19

F’ġimgħa oħra ta’ infurzar tar-regoli marbuta mal-Covid-19, l-awtoritajiet taw elf, mitejn u tlieta u sebgħin multa.

Elf u wieħed u tletin persuna nqabdu mhux lebsin maskra.

Mitejn u ħamsa u għoxrin persuna ġew immultati wara li nstabu li kienu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni. Hawnhekk il-pubbliku ġie mfakkar li din ir-regola min-nhar l-Erbgħa li ġej se tinbidel għal żewġ persuni.

Inħarġu wkoll tlettax-il ċitazzjoniji fuq ksur ta’ regoli oħra marbuta mat-trażżin tal-imxija fosthom dawk marbuta ma’ stabbilimenti jew persuni mistiedna f’residenza.

Erba’ persuni wkoll inqabdu jiksru r-regola tal-kwarantina.

Intant, l-Awtoritajiet qalu li hekk kif deħlin f’ġimgħa ta’ btajjel pubbliċi u temp sabiħ, l-entitajiet tal-infurzar se jżidu r-riżorsi tagħhom filwaqt li jibqa’ l-appell għall-prudenza biex nieħdu ħsieb xulxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend