Notifiki

Fiequ 323 persuna oħra mill-COVID-19 u feġġew 67 każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 323 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 67 każ minn fost 2,356 test.

Dan ifisser li 97.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.8% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 803,183 test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 176,612 tilqima. Minnhom, 50,557 ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, mietu żewġ anzjani rġiel li kienu pożittivi għall-Covid-19 fl-Isptar Mater Dei; anzjan ta’ 74 sena u anzjan ta’ 71 sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend