Notifiki

Ammettew li ppruvaw jaħarbu f’kontejner

Tliet irġiel Sudaniżi ammettew li matul il-ġurnata tas-Sibt ippruvaw jaħarbu minn Malta illegalment.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters spjegat kif it-tliet Sudaniżi ppruvaw jitilqu minn Malta billi sgassaw u staħbew f’kontejner minn Xatt il-Laboratorju fil-Belt Valletta. Fil-Qorti nstema’ wkoll kif tnejn mit-tliet irġiel li t-tnejn għandhom 18-il sena ma kkoperawx mal-Pulizija fil-kors tal-investigazzjoni tagħha.

L-imputati deher għalihom l-avukat tal-għajnuna legali Benjamin Valencia.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabet lill-irġiel ħatja u tat sentenza ta’ 6 xhur priġunerija lill-ġuvintur ta’ 18-il sena sitt xhur ħabs effettivi u sentenza ta’ 6 xhur ħabs sospiżi għal sena għall-ġuvni ta’ 17-il sena minħabba li kkopera mal-Pulizija fl-investigazzjoni tagħha.

Fis-sentenza l-Maġistrat qaltilhom li l-Qorti kienet qed turi rispett lill-ġuvintur tal-ammissjoni tagħhom u tenniet li hija tispera wkoll li dan l-istess rispett jiġi reċiprokat mit-tliet irġiel lejn is-soċjetà kollha Maltija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend