Notifiki

Seba’ każijiet biss fid-djar tal-anzjani u dawk imlaqqma jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba

F’din l-aħħar ġimgħa kien hemm biss seba’ każijiet, bejn residenti u ħaddiema fid-djar tal-anzjani.

Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.

Qalet kif l-anzjani li jkunu tlaqqmu u jaqbadhom il-virus jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li dan juri li l-vaċċin qed jaħdem b’mod tajjeb u l-programm ta’ tilqim għaddej b’ritmu mgħaġġel.

Fil-fatt fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ngħataw kważi sitt elef doża tal-vaċċin għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend