Notifiki

Fiequ 332 persuna mill-Covid-19 u feġġew 103 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 332 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna, filwaqt li feġġew 103 każ minn fost 2,252 test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Dan iffiser li 95.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi filwaqt li 4.6% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 797,899 testijiet. Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19, ingħataw 166,104 tilqima. Minn dawn, 48,933 persuna ħadu t-tieni doża.

Fl-aħħar 24 siegħa, 4 anzjani rġiel ta’ 68, 72, 73 u 80 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend