Notifiki

Sal-aħħar tal-ġimgħa se jkunu tħallsu €105,000 għall-ġenituri li baqgħu jieħdu ħsieb uliedhom waqt pandemija

Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, se jkunu tħallsu aktar minn €105,000, fl-ewwel ġimgħa minn meta tħabbret l-iskema ta’ għajnuna mill-Gvern għal dawk il-ġenituri bi tfal taħt is-sittax-il sena u ta’ dawk il-ġenituri li għandhom l-persuni b’diżabiltà u li waqqfu jaħdmu biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom waqt pandemija.

Barra din l-għajnuna, il-Gvern se jagħti aktar minn €11,600 lil dawk li applikaw, f’għajnuniet tas-sigurtà soċjali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u l-Ġustizzja Soċjali Michael Falzon intqal kif sal-Erbgħa waranofsinhar daħlu 934 applikazzjoni, fejn 270 minnhom s’issa ġew aċċettati, b’70 applikazzjoni ma ġewx aċċettati.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Mark Musù qal kif dan ifisser li kważi 80% tal-applikazzjonijiet ġew approvati.

Qal ukoll kif ta’ kuljum qed jirċievu applikazzjonijiet ġodda, fejn bħalissa għad baqa’ 446 applikazzjoni x’jiġu deċiżi.

Qal kif, “L-indikazzjonijiet illi qed nirċievu, li qed naraw ir-rata ta’ talbiet li qed tkun approvata għaliex ovvjament hemm ċertu kundizzjonijiet li jekk wieħed ma jissodisfax il-kundizzjonijiet li ma jkunx intitolat, però kieku l-ispiża din il-ġimgħa ħa nlaħħqu nħaddmu l-applikazzjonijiet kollha kienet taqbeż il-€320,000.”

Il-Ministru Falzon qal kif din l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern f’pandemija turi l-impenn ta’ Gvern għan-nies.

Qal kif din l-għajnuna hija parti minn kullana ta’ għajnuniet li qed jagħti l-Gvern waqt pandemija, sabiex joffri serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin.

Spjega, “Jiġifieri aħna qed inħarsu mhux għal-lum biss, qed inħarsu għal lum li nagħtu l-għajnuna finanzjarja. Għal-lum illi nagħtu wkoll, is-sigurtà u biex ngħid hekk il-paċi ta’ moħħ il-ġenituri u iktar ‘il quddiem naraw ukoll li dawk in-nies li daħħalna fid-dinja tax-xogħol li daħlu fid-dinja tax-xogħol jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.”

B’din l-għajnuna, ġenituri li jaħdmu full time se jieħdu madwar tmien mitt ewro gross fix-xahar filwaqt li dawk li jaħdmu part-time se jieħdu madwar ħames mitt ewro gross fix-xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend