Notifiki

L-Enemalta żżomm l-istess rating ta’ qabel il-pandemija

L-Aġenzija Internazzjonali ta’ kreditu Standard & Poor’s ikkonfermat rating ta’ BB- lill-Enemalta, l-istess klassifika li l-kumpanija kellha fl-2019 meta ma kienx hawn pandemija globali.

Fi stqarrija l-Enemalta qalet li l-esperti ta’ din l-aġenzija rrikonoxxew ukoll l-isfidi li kellha l-kumpanija s-sena li għaddiet hi u tanalizza r-riżultati finanzjarji tal-kumpanija għas-sena l-oħra.

Hawn jidher li fis-sena tal-pandemija, id-domanda għall-enerġija naqset b’4.5% minħabba li naqset l-attività ekonomika, partikolarment fit-Turiżmu.

Standard & Poor’s nnutat ukoll li fl-ewwel tliet xhur tal-2020, l-Enemalta kellha tuża l-impjanti oħra għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jaħdmu bid-diesel biex tassigura l-provvista tal-elettriku għall-pajjiż kollu. Dan anke wara ħsarat fl-interconnector bejn Malta u Sqallija li kien ikkawża vapur, li wassal biex il-kumpanija kellha spejjeż addizzjonali sostanzjali.

Għalkemm l-Enemalta irkuprat l-ispiża ta’ aktar minn għaxar miljun ewro mill-assigurazzjoni għat-tiswija tal-interconnector, għadha għaddejja b’xi proċeduri legali biex tirkupra l-ispejjeż addizzjonali.

L-Aġenzija internazzjonali, magħrufa wkoll li ma tħares lejn wiċċ ħadd, innutat l-għajnuna li ta l-Gvern lin-negozji u l-familji tul il-pandemija, li servew ukoll biex l-Enemalta tassigura livell adegwat ta’ likwidità bil-ħlasijiet tal-kontijiet mill-klijenti. Hawnhekk Standard & Poor’s żiedet ukoll li jekk il-qagħda macro-ekonomika titjieb, tkun f’pożizzjoni li tirrevedi l-klassifika tal-Enemalta.

Standard & Poor’s qed tbassar ukoll li tul is-sentejn li ġejjin se terġa’ tiżdied id-domanda għall-elettriku f’Malta, u l-Enemalta terġa’ lura għax-xejriet ta’ qabel il-pandemija. Filfatt hu stmat li sal-2023, id-domanda annwali għall-enerġija se tiżdied bi 3.5% u 4%.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Din il-kumpanija mhux dik li tal-pn fis-sapjenza u l-għerf li magħrufin għalih( sic) u li llum jilgħabuha tal-kasti, puri, u verġni riedu jbiegħuha għal ċenteżmu?!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend