It-triq li se ssir f’Ħad-Dingli se tagħti aċċess aħjar għar-residenti – il-Kunsill Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli saħaq li t-triq li qed issir fil-lokalità se tagħti aċċess aħjar għar-residenti.

Ġie spjegat kif l-art li se tittieħed hija 90% anqas minn dak li kien ippjanat fil-proposta oriġinali ta’ bini ta’ triq ewlenija.

Il-Kunsill Lokali saħaq li hemm qbil unanimu fil-Kunsill dwar il-bini ta’ triq ewlenja fi Sqaq il-Mużew, Daħla tas-Sienja u Triq San Ġwann Bosco

Il-Kunsill Lokali ddeskriva il-kritika fil-konfront tiegħu bħala waħda inġusta għaliex qal li d-deċiżjonijiet li jittieħdu huma mmirati biex iġġibu titjib f’Ħad-Dingli.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli aċċenna li se jibqa’ jħares il-wirt storiku tal-inħawi u se jara li li dan jsirlu l-inqas ħsara possibbli.

Il-Kunsill Lokali, li qal ukoll li hu se jibqa’ jkun il-vuċi tad-Dinglin, fakkar li t-toroq inkwistjoni ġew skemati fil-pjan lokali tal-2006 wara diskussjoini twila li kien hemm dwar l-istess Pjan Lokali.

It-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar kien ċaħad l-appell li sar kontra l-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi għat-tneħħija ta’ tliet siġriet li fil-post fejn se tgħaddi t-triq il-ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend