Notifiki

Ir-raġel ta’ Giovanna Debono meħlus għax ma kienx hemm biżżejjed provi

Il-Qorti illiberat lir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono minn diversi akkużi fil-konfront tiegħu.

Dan wara li fis-sentenza l-Maġistrat qal li l-akkużi ma kinux “sodisfaċentement ipprovati.”

Ir-raġel tal-eks Ministru Giovanna Debono tressaq il-Qorti wara li l-gazzetta Maltatoday kienet żvelat li kien allegat li l-Ministeru għal Għawdex kien qed iwettaq xogħol fil-privat minn fondi pubbliċi.

Dan minn dipartiment tal-Gvern li tiegħu Anthony Debono kien kap.

Dakinhar kienu saħansitra anke ppubblikati dokumenti.

Fil-Qorti ntqal li l-imputat kellu xi skema li jipprovdi xogħlijiet lil individwi privati fil-kostitwenza tal-mara tiegħu, l-eks Ministru Giovanna Debono, u dawn ix-xogħlijiet kienu jitħallsu mill-budget tal-Ministeru.

L-akkuża kienet li dawn kienu qegħdin isiru proprju minħabba raġunijiet ta’ kostitwenza.

Dwar dan kien hemm whistleblower li xehed fid-dettall.

Filwaqt li xhieda oħra taw interpretazzjoni differenti. Finalment il-Qorti ddeċidiet li ma kienx hemm biżejjed provi u għalhekk ħelsitu.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Gustizzja tan nejk. Dan ifisser li jekk ta qablu kien korrot, is Sur Debono li ghazel jimxi fuq il-passi tieghu gi ezonorat u mehlus. Ligi tal gulgla.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend