Inawgurat il-Valletta Design Cluster li minn biċċerija antika se jinbidel għall-mekka tal-arti

Fil-belt kapitali, il-biċċerija l-antika nbidlet f’ċentru l-ġdid għall-artisti, il-Valletta Design Cluster.

Dan b’investiment t’għaxar miljun u erba’ mitt elf ewro u li parti minnhom ġew mill-fondi Ewropej.

Din il-binja ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Robert Abela.

Il-binja tal-Valletta Design Cluster, fuq medda ta’ iktar minn tliet elef u mitejn metru kwadru se tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd u se jkun fih ħmistax-il studio, żewġt ifran u ġnien fuq il-bejt fost oħrajn.

Barra dan hemm bitħa ċentrali li se tiġi msaqqfa biex tintuża għal diversi attivitajiet matul is-sena.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dik li issa se tkun il-mekka tal-arti, il-Prim Ministru Robert Abela qal kif dan il-proġett qed jagħti lura binja storika, li kienet ilha mitluqa għal iżjed minn ħamsin sena.

Il-Prim Ministru qal kif f’pandemija pajjiżna qed isib il-fondi neċċessarji biex anki jinvesti fis-settur artistiku li huwa wkoll kontributur ewlieni fl-ekonomija Maltija.

Qabel ġiet inawgurata l-binja, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Arti Josè Herrera qal kif dan il-Gvern qed jaħdem biex il-kultura f’pajjiżna tkompli tissaħħaħ.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal kif dan il-proġett huwa parti minn kullana ta’ proġetti li jirriġeneraw in-naħa ta’ isfel tal-Belt.

Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef.

Qal kif dan il-proġett se jfisser il-bidu tat-tieni riġenerazzjoni fil-Belt Valletta.

Qal kif minn post abbandunat u mitluq, issa dan il-post ingħata l-ħajja, fejn l-artisti jistgħu jesprimu ruħhom aħjar. Żied jgħid ukoll kif dan il-proġett huwa wkoll parti mil-legat tal-Valletta 2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend