Notifiki

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tagħmel u-turn fuq deċiżjoni ta’ lockdown

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel għamlet u-turn fuq id-deċiżjoni li timponi lockdown strett fi tmiem il-ġimgħa tal-Għid.

Merkel tenniet li l-miżura li jingħalqu l-ħwienet inkluż dawk tal-merċa kienet żball u qalet li ser tieħu fuqha r-responsabilità ta’ dan l-iżball.

Il-Kanċillier għamlet dawn ir-rimarki u oħrajn waqt konferenza virtwali ma’ sittax-il stat ieħor li tħabbar għall-għarrieda l-Erbgħa filgħodu.

Inizjalment dan il-lockdown ħoloq dibattitu kbir fost l-istati Ġermaniżi.

Uħud mill-mexxejja reġjonali kkritikaw din id-deċiżjoni minħabba l-inkonsistenza fil-miżuri fosthom il-projbizzjoni ta’ persuni li jivvjaġġaw fil-Ġermanja stess filwaqt li vvjaġġar lejn pajjiżi bħal Majorca għadu possibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend