Notifiki

Fiequ 302 persuni mill-Covid-19 u feġġew 101 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 302 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 101 każ minn fost 2,789 test.

Dan ifisser li 96.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.6% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 792,598 test.

Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 155,678 doża. Minnhom, 46,140 persuna ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 79 sena u anzjana ta’ 84 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend