Notifiki

DIRETT: Il-PM jagħlaq id-dibattitu dwar il-budget fis-6:15pm

Illejla l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jagħmel diskors fil-parlament f’diskussjoni dwar il-budget ta’ din is-sena.

Id-diskors tal-Prim Ministru, li bħal dejjem ikun wieħed mistenni se jsir fis-6:15pm, u dan itemm sensiela ta’ interventi li saru bejn nhar it-Tnejn u llum.

F’diskors wara ieħor il-Ministri u d-deputati tal-Gvern spjegaw il-benefiċċji li jġib miegħu dan il-budget fejn minkejja li f’pandemija l-Gvern investa fin-nies.

Kienu diversi wkoll id-deputati Laburisti li esponew in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-kelliema tal-Oppożizzjoni li injoraw il-budget u ddeskrivewh bħala irrelevanti.

Id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela se jixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend