Notifiki

Ċempillha 45 darba wara li kien ordnat li ma jkellimhiex

Raġel ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq akkużat li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu u ċempilha ħamsa u erbgħin darba.

Dan ġara tnejn u sebgħin siegħa wara li nħeles mill-arrest preventiv, hekk kif f’Jannar li għadda kien tressaq il-Qorti mixli li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu u kien inżamm arrestat.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend