Notifiki

Operazzjoni massiċċa fi Spanja bil-għajnuna tal-Europol dwar flus foloz

37 persuna li l-maġġoranza tagħhom huma Spanjoli u Kolumbjani ġew arrestati b’rabta ma’ ffalsifikar ta’ karti tal-ħames mitt ewro, b’valur li jlaħħaq aktar minn mitejn elf ewro.

Il-Europol għenet lill-awtoritajiet Spanjoli sabiex jitkisser ċirku ta’ kriminalità oraginzzata relatata ma’ distribuzzjoni ta’ karti tal-ewro foloz. L-awtoritajiet Ġermaniżi u Żvediżi wkoll assistew fl-investigazzjonijiet.

L-investigazzjoni bdiet f’Ottubru tal-2019, hekk kif instabu karti tal-flus foloz fil-provinċja Spanjola ta’ Granada. Is-suspettati kienu jqabbdu persuni biex idaħħlu l-flus foloz fiċ-ċirkulazzjoni permezz ta’ ATMs ta’ numru ta’ banek Spanjoli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend