Notifiki

Inċentiv biex jiġbed liż-żgħażagħ lejn l-agrikoltura

Erba’ miljun u mitejn elf ewro minn fondi Ewropej ġew investiti fil-bdiewa żgħażagħ bħala parti minn miżura fil-Programm ta’ Żvilupp Rurali li għandha l-għan li tagħti l-opportunitajiet liż-żgħażagħ jidħlu fis-settur agrikolu.

Fosthom dawk li gawdew hemm Steve Galea, sid ta’ razzett.

Fin-Naxxar lil Steve żaruh il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-Ministru Refalo saħaq li hija ta’ importanza kbira li aktar żgħażagħ jitħajru jaqbdu din is-sengħa partikolari li hija vitali għas-soċjetà b’mod speċjali fi żminijiet ta’ sfida.

Huwa stqarr: “Inti għandek issa bdiewa żgħażagħ li qegħdin jiġu lura lejn dan is-settur, qegħdin huma stess jieħdu over lil missier tagħhom u jkomplu bin-negozju tal-familja. Naħseb b’dan il-mod qegħdin nuru kemm dan il-Gvern solidari mal-bidwi u mas-sajjied Malti u Għawdxi.”

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li Steve bħala żagħżugħ flimkien ma’ ħutu grazzi għal dawn il-fondi Ewropej, qegħdin jieħdu ħsieb ir-razzett li kellhom il-ġenituri tagħhom.

Huwa qal: “Din l-iskema biex ngħidulha hekk hija maħsuba biex ngħinu bdiewa u raħħala żgħażagħ biex jidħlu f’dan is-settur importanti ġalli jkomplu jinvestu u nkomplu nimxu ‘l quddiem f’dan is-settur illi rrealizzajna kemm hu importanti minħabba l-prodott frisk u bnin illi jagħtina. Permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea se nkomplu nassistu aktar bdiewa u raħħala żgħażagħ biex jagħmlu investiment meħtieġ f’dan il-qasam.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend