Notifiki

Fix-xiri tal-vaċċini Malta ma tilfet l-ebda opportunità

Fix-xiri tal-vaċċin pajjiżna ma tilef l-ebda opportunità.

Hekk stqarr id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne waqt intervent fuq l-istazzjon tal-aħbarijiet CNN fejn huwa kien mistoqsi dwar is-suċċess li qed ikollu pajjiżna fil-proċess tal-vaċċinazzjoni kontra l-Covid-19.

Huwa spjega kif f’Malta kważi kwart tal-popolazzjoni tinsab imlaqqma b’imqar doża waħda tal-vaċċin hekk kif pajjiżna mhux jaħli dożi tal-vaċċin.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr: “And at the moment we’ve given about 24% of our population at least first dose of the vaccine. And the reason why we’re so advanced in all this, is because we are not leaving any vaccine unused.”

Għal darb’oħra huwa xejjen kritika li saret fil-konfront ta’ Malta u dwar ilmenti li saru fuq diskrepanza fid-distribuzzjoni tal-vaċċin bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Huwa spjega kif Malta utilizzat l-opportunitajiet kollha li kellha permezz tal-ftehim li sar bejn il-membri stati tal-Unjoni Ewropea.

Dan b’differenza għal pajjiżi oħra li tilfu ċertu opportunitajiet.

Huwa spjega kif dawn l-isforzi ta’ pajjiżna qed iwasslu għall-wasla ta’ numru kbir ta’ dożi f’pajjiżna.

Fearne sostna: “Malta has utilised all the opportunity that has arisen to obtain all the vaccines that we need.  We have over invested, it’s true.  If we get all the vaccines that we ordered, we’ll have more vaccine than we need for our population, but that means that we are getting larger numbers in the first and now the second quarter of 2021.”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega kif filwaqt li l-ftehim bejn il-membri stati għax-xiri tal-vaċċin ħadem, qal li issa wasal iż-żmien ukoll li jibdew diskussjonijiet dwar ix-xiri tal-vaċċin Russu.

Huwa tenna: “I still believe there is room for more improvement. For instance at the moment, the european medicine’s agency is evaluating the Russian Vaccine, the ‘Sputnik V’. I believe there is scope for the European Union, even now, for the Commission even now, to start negotiating with the russian authorities jointly, so that if the ‘Sputnik V’ is approved then it is available again as a joint procurement to the advanced purchase mechanisms, for all European Citizens.”

Fl-intervent tiegħu huwa spjega wkoll kif iċ-ċertifikat tal-vaċċin ser iwassal għal tnaqqis fir-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar b’mod sigur.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Proset DPM. Hemm bżonn li iktar esponenti tal-Gvern imorru fuq stazzjonijiet barranin u jagħtu l-istampa l-vera ta kif huma l-affarijiet f’Malta. Proset.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend