Fi żvilupp irrappurtat illejla, il-Maltatoday qalet li l-Maġistrat li wettqet inkjesta dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus u tixħim bejn Keith Schembri u l-eks direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers tat-Times, Adrian Hillman, talbet lill-pulizija biex tinvestiga d-diretturi tal-kumpanija Allied Newspapers.
Dan wara storja li rrappurtat li t-Times setgħet frodat tliet kwarti ta’ miljun ewro lil Malta Enterprise.
Preżentament fil-bord tad-diretturi ta’ Allied Newspapers hemm disa’ persuni fosthom Michel Rizzo, li huwa d-Direttur Maniġerjali.
https://www.one.com.mt/2021/03/21/rapporti-jghidu-li-t-times-setghet-frodat-e750000-lil-malta-enterprise/