Arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga fil-Marsa

Il-pulizija qalet li raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Marsa ġie arrestat wara li fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta’ boroż b’sustanza suspettata droga eroina u kokaina, lesti biex jiġu ttraffikati.

Huwa ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-Marsa.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fid-Depot u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Kreditu: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend