Ftehim li se jwassal għal iżjed proġetti fl-iskejjel

Elf u ħames mitt student minn tlett skejjel tal-Kulleġġ Marija Reġina se jkunu qed igawdu minn investiment ta’ mitt elf ewro grazzi għal ftehim ta’ Komunità Malta ma tlett iskejjel. Dan bħala parti mill-kampanja tal-Gvern, Gvern għan-Nies.

L-ewwel skola li se tibbenefika minn dan l-investiment hija ċ-Ċentru tal-Wardija, fejn se jsir xogħol fuq il-multisensory room biex ikomplużviluppati ħiliet relatati mas-sensi tal-istudenti.

L-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, wkoll se tgawdi mill-ftehim, u se ssirilha kamra ddedikata għall-kreattività u l-innovazzjoni. L-iskola medja tan-Naxxar imbagħad, se tkun tista’ tixtri purtieri ġodda u anke projector apposta għall-palk.

Qalet, “Lilna tgħinuna biex nieħdu dak il-pass li kultant jieħu ħafna żmien u kultant anke aħna bħala kapijiet tal-iskejjel taqta daqsxejn qalbhek minħabba x-xogħol li jrid isir. Hekk meta tingħata l-fondi u taf li hemm xi ħadd warajk li jista’ jgħinhek, inti tagħmel iktar kuraġġ għal dawn l-affarijiet u tkun taf inti li l-istudent se jibbenefika minn dawn it-tibdil li ħa nagħmlu.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana faħħret ix-xogħol li jagħmlu l-edukaturi f’dawn l-iskejjel.

Spjegat, “Dan jixhed l-impenn tal-Gvern b’risq l-edukazzjoni f’pajjiżna u b’risq ukoll faċilitajiet kwalitattivi għall-istudenti tagħna.”

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat spjega li l-fondi ġejjin mill-progamm ta’ ċittadinanza u  residenza, u qed isarrfu f’ġid li jasal għand kulħadd.

Qal kif, “Il-ġid li qed jinħoloq mill-investiment barrani dirett li qed nattiraw, naraw li jasal għand kulħadd u issa nfatti ftemna biex ngħaddu iktar minn €100,000 li se jiġu investiti fi tlett skejjel f’din l-akwata.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend