Notifiki

Temmen fil-vaċċin u se tieħu t-tieni doża – mart raġel li miet wara li tlaqqam

“Nemmen fil-vaċċin għall-Covid-19 u se mmur nieħu t-tieni doża.”

Hekk sostniet mart Sandro Tognatti li miet fl-età ta’ 57, l-għada li ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca.

Simona Riussi ta’ 55 sena minn Garlasco fil-provinċja ta’ Pavia qalet li hi xorta temmen fil-vaċċin biex jiġi miġġieled il-virus.

“Nappella biex kulħadd jitlaqqam”, saħqet Riussi.

Qalet ukoll li tixtieq tkun taf x’wassal għall-mewt ta’ żewġha.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sostnew li ma hemm l-ebda evidenza bejn il-vaċċin tal-AstraZeneca u żvilupp ta’ trombożi.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM Martin Balzan qal li mill-informazzjoni pubblika, il-fatt li kien hemm min ħa l-vaċċin tal-AstraZeneca u li qabditu t-trombożi, aktarx hija kumbinazzjoni.

Dr Balzan qal l-kundizzjoni tat-trombożi hija komuni u sa issa ma jidhirx li hemm rabta bejn din il-kundizzjoni u tlaqqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend