Notifiki

L-Italja, il-Latvija u l-Litwanja se jissokktaw bit-tilqim tal-AstraZeneca

L-Italja, il-Latvja u l-Litwanja qalu li se jkomplu jagħtu t-tilqima tal-AstraZeneca għal kontra l-Covid-19.

Dan wara li aktar kmieni l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (l-EMA) qalet li din it-tilqima hija sigura u effettiva.

L-awtoritajiet Żvediżi qalu li se jieħdu deċiżjoni dwar it-tilqima tal-AstraZeneca l-ġimgħa d-dieħla.

Numru ta’ pajjiżi Ewropej kienu ssospendew it-tilqim tal-AstraZeneca wara li kien hemm rapporti li dan il-vaċċin jista’ jikkawża trombożi iżda l-EMA qalet li ma hemm l-ebda rabta bejn l-iżvilupp ta’ trombożi u t-tilqim bil-vaċċin tal-AstraZeneca.

Ara wkoll:

L-EMA tikkonkludi li l-vaċċin tal-AstraZeneca huwa sigur

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *