Franza taqla’ ċamata fuq l-insib tal-għasafar tal-għana bil-kolla

Franza m’għandiex tħalli insib għall-għasafar tal-għana li jsir bil-kolla.

Dan intqal f’deċiżjoni li ħadet il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fejn qalet kif hemm insib iktar dinjituż li jista’ jsir.

Fin-Nofsinhar ta’ Franza kienet tindilek il-kolla mal-friegħi tas-siġar biex imbagħad l-għasafar li jieqfu jistrieħu fuq xi siġra, jeħlu u jkun faċli biex dawn jinqabdu.

Il-Qorti Ewropea qalet kif huwa llegali li jsir dan it-tip ta’ insib, li jista’ jwassal għall-ħsara fl-ispeċi kkonċernata.

Intqal kif għalkemm dawn l-għasafar jitnaddfu wara li jinqabdu bil-kolla, dawn isofru minn ħsara rreparabbli, speċjalment fuq il-ġwienaħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend