Notifiki

Jinżamm arrestat mixli li seraq minn ħanut tal-merċa li dejjem jixtri mingħandu

Duncan Debono, Bormliż ta’ 44 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li s-Sibt waranofsinhar allegatament wettaq hold-up minn ħanut tal-merċa f’Bormla stess. Fil-Qorti, l-Ispettur Lydon Zammit mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri spjega kif ir-raġel daħal fil-ħanut St Catherines b’sikkina mhux liċenzjata u hedded lill-ħaddiema tal-istess ħanut għall-flus. L-Ispettur spjega wkoll li bir-reat ir-raġel irrenda ruħu riċediv.

Id-difiża spjegat li s-serqa seħħet konsegwenza li r-raġel jabbuża mid-droga u li riċentement tilef ix-xogħol. Hawnhekk id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest. Hawnhekk il-prosekuzzjoni ma qablitx mad-difiża bl-Ispettur Zammit spjega li r-raġel jgħix biss ftit metri ‘l bogħod mill-ħanut li seraq. Huwa saħaq ukoll li r-raġel jaf sew lill-vittmi hekk kif kien imur jixtri minn dan l-istess ħanut darba fil-ġimgħa. Għalhekk il-possibilità tal-intralċ tal-provi huwa kbir.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ is-Sibt waranofsinhar meta daħlulha rapporti li kienet għadha kif seħħet serqa ġewwa Bormla. Mill-ewwel informazzjoni li kellha l-Pulizija rriżulta li r-raġel ħarab bil-ġiri lejn l-akwati tal-Verdala Bormla. Hawnhekk skattat tfittxija għal Debono fuq il-bjut ta’ diversi residenzi sakemm eventwalment ġie arrestat ftit sigħat wara li allegatament wettaq ir-reat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend