Notifiki

Il-PN jtenni li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tenniet dak li kienet qalet qabel dwar il-vaċċin.

Filwaqt li f’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn waranofshinar, id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-vaċċin għall-Covid-19 huwa pass importanti, xorta baqgħet tisħaq li mhux is-soluzzjoni.

Anki jekk il-miżuri għat-trażżin tal-imxija huma importanti iżda ma jistgħux jibqgħu imposti għal dejjem, f’ġieħ is-saħħa mentali tan-nies, il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li t-tilqim mhux is-soluzzjoni biex jingħeleb il-virus.

Qalet, “Għax il-vaċċin mhuwiex kollox, huwa pass importanti ħafna imma mhux is-soluzzjoni.

Din id-dikjarazzjoni fakkret lil bosta f’dik li kienet qalet l-Oppożizzjoni permezz tad-deputat li hi membru fil-kumitat tal-Covid tal-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsija dwar is-sehem tal-Oppożizzjoni fl-argumenti ta’ Malta quddiem kritika minn pajjiżi bħall-Awstrija, li qalet li Malta ħadet wisq dożi tal-vaċċin, Claudette Buttigieg ikkonfermat li l-Oppożizzjoni żammet ħalqha magħluq.

Qalet, “Għax semma tal-Awstrija, iva, aħna qegħdin inkunu front wieħed aħna ma ħriġna ngħidu assolutament xejn.”

Fl-istess konferenza, id-deputat Nazzjonalista l-ieħor Stephen Spiteri, qal li d-deċiżjoni li l-Gvern jipposponi t-tqassim tat-tieni rawnd tal-vouchers tal-mitt ewro kienet waħda tajba.

Qal, “Fuq il-vouchers hija deċiżjoni tajba li ġew posposti.”

Dan qalu meta ftit tal-ġimgħat ilu, Bernard Grech staqsa għall-ħruġ tal-vouchers, meta suppost kien qal li ġa jaf bil-varjant Ingliż li wassal għal żieda fl-infezzjonijiet.

Qal, “U anke fejn jidħlu propju l-vouchers il-Gvern jgħidilna eżattament x’inhi r-raġuni għalfejn għadu ma ħariġx il-vouchers.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend