Il-Korea ta’ Fuq ma tirrispondix lill-Amministrazzjoni ta’ Biden

Il-Korea ta’ fuq baqgħet ma tirrispondix għall-isforzi li qed isiru mill-Amministrazzjoni tal-President Amerikan Joe Biden sabiex ikun hemm komunikazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-Istati Uniti qed tipprova tagħmel kuntatt mal-Korea ta’ Fuq b’modi differenti sabiex tipprevjeni li jkomplu jeskalaw it-tensjonijiet bejniethom.

Iż-żewġ partijiet għadhom ma qablux dwar il-programm nukleari u ta’ missili balistiċi tal-Korea ta’ Fuq. Il-midja tal-istat tal-Korea ta’ Fuq għadha trid tirrikonoxxi lill-Joe Biden bħala l-president Amerikan il-ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend