Mara ta’ 55 sena weġġgħet gravi wara li waqgħet ġo xaft ta’ residenza li tinsab taħt kostruzzjoni.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Wirt Naturali, Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.