Fl-aħħar sigħat fiequ 338 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 298 każ minn fost 4,333 test.
Dan ifisser li 93.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 6.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 750,755 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 117,121 doża. Minnhom, 38,333 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant fl-aħħar 24 siegħa żewġt irġiel anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Dawn kienu jgħoddu t-tnejn u sebgħin sena u erbgħa u sebgħin.
Dan filwaqt li mietu żewġ anzjani nisa ta’ tmenin u sitta u tmenin sena.